Ilu għaddej dawn l-aħħar 22 sena u tista' tgħid il-ġimgħa filgħaxija bla l-programm Xarabank żgur jinstema' stramb. Imma jekk forsi kont qed taħsbu li mhux se jkompli, skont il-paġna ta' Facebook tal-istess programm għandna nerġgħu nistennewhom f'Ottubru li ġej.

Min jaf jekk hux ħa nkomplu naraw lil Peppi jew narawx aktar lil Mark ta' xagħru nokkli fl-istaġun li jmiss. Xarabank mexa matul iż-żmien u qatt ma naqas milli jiddiskuti suġġetti kontroversarji li n-nies fit-triq kienu jiddiskutu wkoll.

Nistennew u naraw it-23 staġun x'ħa jġib miegħu, sadanitant fil-filmat t'hawn fuq tistgħu taraw żewġ sekondi minn kull sena. Jekk tridu taraw li aħna naħsbu liema huma l-aħjar programmi tul is-snin, tistgħu taraw dan HAWN


Emil Calleja Bayliss