Dwarna
Gwida.mt hu sit kollu kemm hu bil-Malti, b’kontenut li jiffoka primarjament fuq lifestyle, gossip u personalitajiet! Aktar minn 435,000 persuna jżuru s-sit kull xahar, b’riżultat ta’ aktar minn 4.3 miljun klikk fuq paġni differenti! Is-sit hu parti mill-kappa tal-Gwida! Is-sit sploda fil-popolarità tiegħu u fi żmien qasir sar wieħed mill-akbar portals f’Malta, b’udjenzi b’saħħithom, klassifika mill-aqwa u reazzjoni fenominali fuq il-midja soċjali.
Gwida bħala magazine jmur lura għall-bidu tas-snin sittin, fejn kien tnieda mit-televiżjoni tal-istat bħala magazine informattiv u leġġer li joħroġ kull ġimgħa. Fid-disgħinijiet inbiegħ u sar privatizzat. Illum il-ġurnata Gwida huwa l-aktar magazine li jinbiegħ f’Malta kull ġimgħa. Is-sit ikompli jikteb l-istorja tal-Gwida waqt li jibni fuq is-suċċess li kiseb il-magazine.
Gwida.mt kompliet issaħħaħ il-brand tal-Gwida li issa tinsab quddiem nett kemm onlajn, kif ukoll permezz tal-magzine li joħroġ kull ġimgħa fil-ġeneru relatat ma’ lifestyle, spettaklu u gossip. Dan kollu żgur li ma jkunx possibli mingħajr grupp dinamiku ta’ nies li għandhom passjoni kbira għal din ix-xena u dak kollu li qed jiġri madwarna.