Il-kantanta lokali Graziana Axisa, ilbieraħ filgħaxija, fuq il-mezzi soċjali tagħha qasmet li hi u r-raġel tagħha Andrea saru ġenituri għall-ewwel darba taċ-ċkejken Giuseppe.

Hi tikteb, "Jalla din il-post ġġib tama lil ħafna! Magħmul bi ftit xjenza u ħafna mħabba u fidi. Grazzi Mulej u għażiża ommi (nanna Maria) talli għaddejjin minn dan il-vjaġġ magħna. Talli tana s-saħħa meta ridna naqtgħu qalbna, talli tana paċenzja fl-istennija u talli nkunu d-dawl tagħna fil-jiem mudlama. Ilbieraħ 15 ta' April 2024 lqajna lit-tarbija miraklu tagħna... Giuseppe. Hili ġdid fid-dar!"

F'isem it-tim ta' Gwida, nifirħu lil Graziana u lil żewġha għal wasla tal-għażiż tagħhom. Żgur hu jum li se jibqgħu jgħożżu għal ħajjithom. Awguri mill-ġdid.


Emil Calleja Bayliss