Is-Soċjetà Filarmonika Gran Mastru Fra Antoine De Paule - Banda Kristu Re, A.D.1898 turi l-appoġġ tagħha lill-Kappillan Dun Marc Andre Camilleri wara li spiċċa f'nofs kontroversja sħiħa minħabba l-applikazzjoni li saret biex fil-Bażilika ta' Raħal Ġdid ikun hemm restorant.
Huma jibdew billi jiktbu, "Is-Soċjetà Filarmonika Gran Mastru Fra Antoine De Paule - Banda Kristu Re, A.D.1898, tixtieq twassal messaġġ ta’ Solidarjetà lil Kappillan Dun Marc Andre Camilleri. Mingħajr ma nidħlu fil-mertu ta’ dak kollhu li ġara u li ntqal, għaliex inħossu li aħna bħala Soċjetà Filarmonika mhuwiex l-irwol tagħna, ntennu il-fiduċja tagħna fid-deċiżjonijiet li l-kappillan jieħu għall-ġid tal-Bażilika u tal-parroċċa kif dejjem għamel matul dawn l-aħħar 9 snin!"
Huma jżidu, "Konvinti li ser jibqa' jagħmel hekk sabiex jibqa' jkollna tempju xieraq u mill-isbaħ għall-Patrun tagħna Kristu Re, mhux biss fit-tlelix (kif ħafna sejħulu), iżda anke fil-ġabra spiritwali u l-għaqda fil-komunità Pawlista li rnexxielu joħloq l-għażiż Kappillan Dun Marc Andre Camilleri. Solidarjetà Kapo."