Il-maratona tal-Malta Trust Foundation ser issir nhar is-Sibt 27 ta' April minn 12:00 sa nofsillejl fuq l-istazzjonijiet kollha.

F'din il-maratona jinġabru fondi biex tfal li għandhom l-awtizmu jew tfal li ma jarawx jew neqsin mid-dawl, jixtrulhom dawn apparat apposta, bħal tablets, li bihom ikunu jistgħu jikkomunikaw.

Ommijiet jitkellmu dwar ix-xewqa tagħhom li jkompli jaraw lil uliedhom jagħmlu progress, u eventwalment ikellmuhom. Huma grati għall-apparat li ngħatalhom li qed jgħinhom b'mod tajjeb ħafna. "Nixtieq nisimgħu jitkellem," tgħid waħda mill-ommijiet dwar binha Juan.

Ovvjament m'huwiex tablet komuni iżda jkun speċifikament għal dik it-tifel jew tifla. Jekk tixtieq tagħti l-kontribut tiegħek ukoll għandek issib id-dettalji ta' fejn tista' tagħti d-donazzjonijiet tiegħek ukoll:

  • 51702058 - €15
  • 51002036 - €20
  • 51802019 - €25
  • 51902071 - €50
  • BOV Mobile App - 79520040
  • Pledge line - 21484662
  • Helpline 21221142


Gwida.mt