L-istazzjon nazzjonali TVM illum qed jiċċelebra l-Jum Nazzjonali tal-Bniet fl-Informatika (IT). Il-preżentatriċi kellha ċ-ċans anke tipprova apparat teknoloġiku li għenuha studenti bniet biex tagħtih l-istruzzjonijiet.

DDLTS – Directorate for Digital Literacy & Transversal Skills organizzaw workshops u talks biex jinkoraġġixxu aktar nisa biex jagħmlu kuraġġ u jaħdmu fit-teknoloġija jekk jixtiequ dan. Lejn l-aħħar l-istudenti jkissru l-barrieri permezz ta' appell.

"Hemm bżonnhom in-nies fl-IT għax ikollhom ideat differenti mill-irġiel". Qatt tħalli lil ħadd jgħidlek xi ħaġa u tħossok tant imdejqa li tieqaf, għax dejjem ħa jirnexxielek b'xi mod. Il-bniet pruvaw l-IT għax vera suġġett sabiħ ħafna u li jistgħu jmorru postijiet kbar bih. Tħalli Xejn iwaqqfek. Jekk temmen, tħalli lil ħadd iwaqqfek."

Prosit ta' din l-inizjattiva! Ħadd m'għandu jaqta' qalbu!


Kyle Zarb