Kellymni: Episodju 26 - Fr Marcellino Micallef
Fr. Marcellino, forsi mhux xi wiċċ magħruf wisq mal-pubbliku iżda l-ġid li qed jagħmel fostna hu wieħed kbir.
51 minuta
Melanie Kelly titkellem ma' Fr. Marcellino Micallef, fejn insiru nafu aktar dwar ix-xogħol tas-Soup Kitchen u l-każijiet li jiltaqa' magħhom ta' kuljum. Mhux hekk biss, Melanie kellha ċ-ċans li żżur u tara b'għajnejha stess dak li qed iwettqu, hi tistqarr li kienet sorpriża għax qatt ma basret li f'pajjiżna għandna tant nies li qed jiġu bżonn għajnuna bażika.
Fr. Marcellino jitkellem dwar il-bidu tas-soup kitchen u kif bil-mod, dawn in-nies saru komunità. Hu jitkellem dwar il-problemi tas-saħħa mentali, dwar il-problemi tad-droga, dwar il-problemi tal-mard, dwar dak kollu li qed itaqqal lis-soċjetà tagħna. Hu jgħaddi riflessjonijiet li kultant anqas biss jgħaddulna mill-garigori ta' moħħna iżda jsammruk u jħalluk taħseb dwar ħajtek.
Ma' Melanie Kelly, Fr. Marcellino jitkellem ukoll dwar l-għajnuna kbira li jsibu, inkluż minn diversi nies li huma stess għandhom bżonn l-għajnuna. Mhux xi ħaġa faċli li wieħed jaċċetta li għandu bżonn l-għajnuna, iżda Fr. Marcellino jagħmel minn kollox biex jgħin u jsir jaf lil kull persuna li tidħol għall-għajnuna fis-Soup Kitchen.
Permezz ta' Kellymni ħa tiskopru aktar dwar is-sitwazzjoni soċjali f'pajjiżna.