Lil Tony Strongman kulħadd jiftakru mit-tieni edizzjoni ta' Malta's Got Talent fejn għal darba, darbtejn bellah lil kulħadd bil-ħila tiegħu li jġorr affarijiet tqal immens eċċ. Rajnieh kemm-il darba fil-wirjiet tiegħu anke jgħawweġ oġġetti iebsin u tqal.

Din id-darba ta wirja spettakolari oħra waqt il-programm XOW fejn Ron, Jackie, it-tim kollu u l-mistednin raw fi ftit ħin kif Tony jirnexxielu anke jaqsam min-nofs ktieb tal-Yellow Pages. Impressjonanti immens!

Hu ammirevoli kif Tony jagħmel dawn il-wirjiet anke biex jiġbor fondi għal diversi għaqdiet u komunitajiet bħal DAR Bjorn, Puttinu Cares eċċ. Segwi l-filmat HAWN


Kyle Zarb