Termini u Kundizzjonijiet
Drittijiet tal-Awtur
Id-drittijiet tal-awtur f’Gwida.mt (inklużi imma mhux limitati għall-artikli u dak kollu miktub f’dan is-sit, ritratti u grafika) huma proprjetà jew illiċenzjati lis-sid, Content House Group Limited jew waħda mill-kumpaniji sussidjarji tal-Grupp. Id-drittijiet kollha huma riservati minn Content House Group Limited u s-sussidjarji tagħha. Il-qarrejja u kull min qed jagħmel użu minn dan is-sit jistgħu jaċċessaw il-kontenut f’Gwida.mt biss għall-użu personali tagħhom u mhux għal skopijiet kummerċjali. Ghaldaqstant ħadd ma’ jista’ jikkopja, jew juża dan il-materjal mingħajr kunsens miktub minn qabel mingħand Content House Group Limited.
Termini u Kundizzjonijiet
Wieħed għandu jaċċetta t-termini u kundizzjonijiet li ġejjin talli għandek aċċess għal Gwida.mt. Tirrikonoxxi li d-drittijiet kollha tal-proprjetà intellettwali inkluż id-drittijiet tal-awtur fi Gwida.mt jappartjenu għal jew inkella ġew liċenzjati lil Content House Group Limited jew kumpanija sussidjarja tagħha.
Inti tista’ turi siltiet minn Gwida.mt fuq l-iskrin tiegħek u tistampa fuq karta kopja waħda ta' dawn l-estratti għall-użu personali tigħek biss u mhux għall-użu kummerċjali. Għal dan il-għan tista’ tikkopja dak li ħa tuża fuq xi faċilità ta’ ħażna bħal USB stick eċ... Il-kopji jistgħu jintużaw biss biex jiffaċilitaw il-wiri sussegwenti minnek jew biex tistampa kopja waħda fuq karta għall-użu personali.
Int ma tistax tikkopja, jew taħżen fi kwalunkwe mezz [inkluż kwalunkwe sit ieħor], tqassam, tittrasmetti, timmodifika, jew turi fil-pubbliku kwalunkwe parti minn dan is-sit jew minn materjal ieħor ta’ Content House Group Limited jew skont l-att ta l-1998 dwar id-Drittijiet tal-Awtur.
Jekk ma tiksibx permess bil-miktub ta’ rappreżentant minn Content House Group Limited, int ma tistax tissetja links għal Gwida.mt. Gwida.mt huwa trademark ta’ Content House Group Limited jew ta’ kumpanija sussidjarja tagħha. Int ma tistax tuża din il-marka mingħajr il-permess bil-miktub tagħna.
Content House Group Limited jeskludi kull garanzija, espressa jew impliċita, dwar il-kwalità, l-eżattezza, il-puntwalità, il-kompletezza jew l-użu għal skop partikolari ta’ Gwida.mt. Content House Group Limited mhux responsabbli għal xi pretensjonijiet, penali, telf, danni, jew spejjeż li jirriżultaw mill-użu ta’ Gwida.mt jew minn kwalunkwe aċċess ta’ Gwida.mt. Content House Group Limited ma jiggarantix li l-kontenut ta’ Gwida.mt huwa kompatibbli mas-sistemi tal-kompjuter u l-browsers kollha.
Inti taċċetta li wara li titlaq mis-sit tagħna [kemm jekk konxjament jew le] ma nistgħux inkunu responsabbli b'xi mod għal kwalunkwe materjal li tiltaqa’ miegħu u aħna neskludu bl-aktar mod permess mil-liġi r-responsabbiltà kollha li tista' tinqala' fir-rigward ta' jew bħala riżultat ta’ ċerti materjal li jikkawża kwalunkwe ħsara, spejjeż, dannu jew telf finanzjarju ta’ kwalunkwe tip.
Il-permess għall-aċċess għal Gwida.mt jingħata biss bid-diskrezzjoni ta’ Content House Group Limited u dan il-permess jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż. Aħna nirriżervaw id-dritt li nżidu jew inbidlu t-termini ta’ dan il-ftehim. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tirreferi għal dawn it-termini u tikkonferma l-aċċess minn fuq Gwida.mt. Nuqqas ta’ konformità tista’ twassal biex tittieħed azzjoni kontrik.
Dawn it-termini u kundizzjonijiet huma gvernati u interpretati skont il-liġi ta’ Malta.