Xarabank ilu għaddej 22 u dawn huma l-aqwa programmi.

Vatikan

 Darba Xarabank ixxandar mill-Vatikan. Peppi jgħidilna “Dan Xarabank li fih tellajna il krew kollu, is set, l-‘Out Broadcasting Unit’, kienet ġennata għax ġiet tiswa eluf kbar ta liri. Imma konna l-ewwel programm fid-dinja li għamilna programm LIVE mill-Vatikan lejliet li Dun Gorg Preca sar qaddis”.

 Astronawta

F’Xarabank kien mistieden awstronawta u din hija rari! “Darba ħlomt li nġibu astronawta, qalulna li mpossibli, bqajna ninsistu mal-ambaxxata Amerikana li meta raw l-entużjażmu tagħna ġabu l-aħħar astronawta li kien niżel fuq il-qamar b’mod esklussiv għal Xarabank” qal Peppi.

 Reality Show Fuq Cruise

 Xarabank minn dejjem kien l-ewwel li qatt għamel reality show f’Malta. Hawnhekk kienu ħadu sehem diversi 7 personalitajiet jgħixu flimkien għal ġimgħa. Fost dawn kien hemm Claudia Faniello, Emmy Bezzina u Daniel tad-Danusan.

 Delitti mhux solvuti 

Dan il-programm għamel ħafna ġid għax waqt il-programm kien hemm puluzija preżenti jwieġbu t-telefonati fuq delitti mhux solvuti. Peppi jgħid li “… Wrejna l-aħħar ħinijiet ta kull vittma, wrejna li mhux veru Xarabank iħalli lill-vittmi barra ...Kienu żewg programmi li qanqlu ħafna interess”.

Fil-Gwerra

Peppi jistqarr li “…Kont bżajt ħafna fil-Gwerra nara in-nies imutu quddiemna …illum nirrejaliżża kemm konna f periklu.”  

Reality Show tal-Eurovision

Fl-2005, Xarabank kien għamel reality show mal-kantanti finalisti kollha tal-Eurovision ta’ dak iż-żmien. Fost il-kantanti kien hemm Glenn, Eleonor Cassar u Chiara!

Alan Bates

Dan il-programm ħafna jaħsbu li reċta u Peppi ma tantx tinżillu din! Peppi jgħid “…jekk xi darba joħroġ li xi ħadd waqt Alan Bates kien miftiehem jew għidnielu biex jirreċta u jinstab li hu veru jien nieqaf nagħmel Xarabank. Għax dak ikun tradiment man-nies li jiena qatt qatt mhu lest li nagħmel”

Bijografija ta’ Ġesu

Din is-sena fil-Ġimgħa l-Kbira, t-tim ta’ Xarabank ħadmu fuq dan id-dokumentarju li kellu hafna nies li ‘jafu’ lil Ġesu.

Tanżanija

Fit-Tanzanija marru Kieth Demicoli, Amber, Olwyn, Mandy u Fabian u għamlu programm sħiħ minn hemm. Dan it-tim niżel minn hemm bir-realta tal-faqar li hemm f’dan il-pajjiż. Peppi qalilna li “…Meta Mandy ġiet lura kienet għamlet xahrejn ma tidħolx ġo supermarket ...kienet tolfoq u tgħid “imma kif kelli l-kuraġġ inħallihom warajja lil dawk it tfal?”

Min Qatel

Din kienet logħba fejn in-nies riedu jsibu min qatel. Din kienet storja vvintata li tiżvolġi bhala logħba. Kien hemm 7 suspetati, kollha setgħu kienu huma, kien hemm provi fuq kull wieħed u waħda minnhom. Dan il-programm kien vera żamm in-nies sal-aħħar biex ikun jafu min vera qatel.

Nhar il-Ġimgħa, f’Xarabank tista tara l-aqwa biċċiet ta’ dawn il-programmi u ħafna aktar. Dawn kienu programme li bla dubju ta’ xejn jinkitbu fl-istorja tat-televiżjoni Maltija.

Xarabank


Anthony Baldacchino