Fuq Illum ma' Steph kienet mistiedna l-mudella u żeffiena Martina Stella Bezzina fejn tkellmet dwar kif iġġieldet il-kundizzjoni li kellha f'daharha u minkejja li sabet min jagħmlilha l-bsaten, baqgħet miexja 'l quddiem b'ħajjitha u b'dak li tixtieq.

Apparti minn hekk, titkellem dwar il-bullying li għaddiet minnu meta kienet iżgħar. "Kelli ħafna bullying, kienu jaqbdu ħafna miegħi l-iskola. Meta xtaq li jien kelli forsi ħabiba, li kont ngħid ma nħossnix waħdi, ma sibtx. Alliura, qsamt l-istorja tiegħi u kienu bagħtuli ħafna nies u ħadu ħafna gost u hekk."

Martina kienet tefgġħet fost l-oħrajn ritratti relatati mal-esperjenzi ta' ħajjitha fosthom, "Jiena perfetta" miktuba fuq daharha. Titkellem dwar il-fatt kemm il-midja soċjali taffettwa lil żgħażagħ bħalha li jispiċċaw jagħtu kas ħafna kif jidhru.

Għal xi żmien ħassha weħidha, u bħal qisu m'hemmx min jemmen fiha, iżda xorta waħda għamlet dak li xtaqet. "Jien xorta komplejt b'ħajti, u naħseb ġejt aħjar milli kont qabel meta għamilt l-operazzjoni... qatt m'għandek taqta' qalbek."

Martina tkompli ssemmi kif qed tistudja biex issir għalliema taż-żfin. Prosit kbira Martina! Segwu l-filmat hawn taħt:


Kyle Zarb