Mhux xi ħaġa li naraw issoltu fi produzzjoni lokali, imma ta' Division 7 dejjem jaraw kif ħa jissorprendu lill-udjenzi tagħhom. Din ix-xena ħasdet lil bosta għax ħadd ma stenna li ħa jkun jista' jara xi ħaġa daqshekk krudili fuq it-televiżjoni.

"Għajn għal għajn u sinna għal sinna!" - Il-mewt ta' Julia kienet komplott mit-tifel tagħha stess. Dan il-fatt ħasad diversi telespettaturi li kienu qed isegwu l-istorja imma Hassan jagħti r-raġunijiet tiegħu f'intervista li ħriġna miegħu, li wieħed jista' jsegwi HAWN.

X'taħsbu intom minn din ix-xena makabra li kellna ċ-ċans nerġgħu nsegwu hawnhekk? Aħna nistqarru li konna verament impressjonati bil-ħila tal-atturi u t-tim tekniku biex krejawhom xena bħal din li żgur mhux forsi ġibdet tant u tant attenzjoni!

It-tim tal-produzzjoni kiteb fuq Facebook li ċertament li Samira u Julia, iż-żewġ karattri li naraw f'din ix-xena kellhom l-aqwa performance, dan dejjem mingħajr ma jnaqqsu l-mertu tal-atturi l-oħra. B'hekk iddeċidet li jagħtuhom l-unur ta' Man of the Match, it-titlu tal-futbol li jgħadduh lil aktar plejer li jkun spikka.


Emil Calleja Bayliss