Ftit qabel jibda Division 7 tal-lejla kellna ċ-ċans nisirqu kumment mingħand Hassan! Hassan huwa għarbi, iffissat li jkollu tarbija! L-unika tir tiegħu hu li joqtol lil ommu imma għaliex?

Parti jew moħħ wara komplott biex tinqatel ommok Julia. Għaliex?

Tista tgħid li jen flemkien ma’ Abdallah l-imħuħ wara l-komblutt bex noqtlu ‘l ‘ummi’,  jekk tista ssejħilha hekk. Ibbjanajna sal-inqas dettall u qed nisbera li Washak jagħmil dak kullu li fthemna bex iwettaq dan il-bjan bla broblemi.

X’waslek biex qatt ma ħfirt ‘l ommok?

Dik mhix ummi! Jien għalija l-vera ummi mejta! Minħabba fiha miet il-baba. Għalija l-baba kien kollox. Kienet hi li marrit ma raġil ieħor u qalbitielu. Jen qatt ma nista naħfir lil dik il-mara bla rispett.

Jekk jirnexxielkom toqtlu lil Julia ma tibzax li ħuk Amir isir jaf bil-komplott?

Iva nibża li Amir isir jaf bil-kumblott. Imma aħna ħsibna f’kullox! Hu se jkun miegħi u Abdallah waqt li Washak se jmur juqtol lil dik il-mara. Subbost li ħadd ma jarah u difficli biex Amir isir jaf b’kullox. Hemm ċans żgħir bero’ diffiċli li jasal għalija. 

U jekk tiġi għas-si u n-no tasal li teħles minn ħuk biex tkun għalaqt dan il-kapitlu darba għal dejjem?

Ma nafx x’nista ngħidlik. Jien lil Amir nħubbu wkoll. Dak ħija. Avulja issa sirt naf li m’għandniex l-istess baba. Kollu tort dak il-mara li xi darba kienet ummi. Jen lil ħija nafdah u ma naħsibx li hu jagħmil xi ħaġa bex jagħmilli l-ħsara. Bero’ jekk hu jsir jaf bel-bjan tagħna u jibbruva jivvendika ruħu minni ma nufx x’nesta nagħmil fil-mument.

Jidher li ser ikun episodju eċitanti llejla! Titifuħx!


Anthony Baldacchino