"Fabian Scerri De Carlo hu wieħed mill-ifjen atturi f'Malta," kiteb Bjorn Formosa fuq Facebook hu u jaqsam ritratt tiegħu mal-attur.

Kompla, "Tkellimna ftit fuq idea biex nagħmlu bijografija ta' x'ġara f'dawn l-10 snin. Mill-ewwel xtaqt lilu. Fabian fehem kull dettall li hemm bżonn, ra diversi filmati ta' x'għamilna, u sema l-intervisti li konna tajna. Dan sabiex nhar is-Sibt, 4 ta' Mejju waqt xandira speċjali, Fabian bl-għajnuna ta' tim ta' ALS Malta, ser inkunu nistgħu naraw monologu interessanti."

Bjorn esprima l-eċitament li għandu biex jara x'ħejja Fabian għaċ-ċelebrazzjoni tal-ewwel anniversarju mill-ftuħ ta' DAR Bjorn f'Ħaż-Żebbuġ.


Bradley Cachia