Illejla fuq Il-Każin preżentat minn Jon Mallia se jiddiskutu l-Edukazzjoni u fost il-mistienda se jkun hemm ukoll il-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima. Wieħed mis-suġġetti li se jiġu diskussi hu l-eżami li kien isir tal-Junior Lyceum u kif inbidlet is-sistema. Sistema li hemm min hu favoriha u hemm min hu kompletament kontriha.

Fost dawk li se jitkellmu hemm is-Surmast Patrick Decelis, surmast li jemmen li s-sistema l-ġdida qed tagħti aktar spazju lill-istudenti jimirħu fl-edukazzjoni. Hu jistqarr li diffiċli li tifel jew tifla ta' 11-il sena qed ngħidulhom x'għandu jkun il-futur tagħhom għax taf ifallu minn eżami wieħed.

Bl-iktar mod ċar hu jistqarr li jekk student kien iġib erba' suġġetti A u wieħed D, ma kienx seta' jmur il-Junior Lyceum iżda jekk student ġab ħames suġġetti Ċ seta' jkompli bla problemi ta' xejn. Is-sistema l-ġdida ġabet sfidi ġodda iżda ċertament li fiha l-aspetti pożittivi tagħha wkoll.

Illejla fuq Il-Każin dan se jiġi diskuss! Segwu fuq TOKIS.

Facebook / Il-Każin Fuq Tokis


Emil Calleja Bayliss