Infrastructure Malta aktar kmieni llum ħabbret li matul il-lejl, bejn it-Tnejn l-1 t’April sal-ġimgħa 5 t’April, mis-7:00p.m sas-6:00a.m, se jkunu għaddejjin xi xogħlijiet. partijiet minn Triq Il-Mosta, kantuniera mir-roundabout fi Triq Burmarrad sa kantuniera ma’ Triq Il-Knisja li tinsab f’San Pawl il-Baħar, jistgħu ikunu magħluqa għal xogħlijiet t’asfalt.

Huma saħqu biex is-sewwieqa jippjanaw it-triq minn qabel, u jsegwu t-tabelli u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali li se jkun hemm fuq il-post, u rringrazzjaw lis-sewwieqa bil-quddiem tal-koperazzjoni tagħhom. Agħfas HAWN biex tara l-mappa ta’ fejn s jsiru x-xogħlijiet.

Ilbieraħ filgħaxija, l-istess paġna ta’ Infrastructure Malta ħabbret li lestiet ir-restawr u t-tisħiħ tal-breakwater max-Xatt tal-Marfa, il-Mellieħa, b’investiment ta’ madwar €2.1 miljun.


Nicole Zammit