Fl-aħħar programm li xxandar ta’ XOW, lill-preżentatur Ron Briffa nkixfulu l-borom! Waqt li kien qed jintervista lill-maħbuba Eileen Montesin, bdew jitkellmu fuq iż-żmien tagħhom meta ħadmu fuq il-programm Deja Vu, li l-poplu Malti kważi kollu kien jintefa’ quddiem is-sufan biex jara.

Ron qasam filmat minn madwar 12-il sena ilu, tiegħu ikanta d-diska popolari “Għajnejn Sbieħ” ta’ Sammy Bartolo, bi kliem u mużika ta’ Manwel Mifsud. Ron irrakkonta meta darba kien qed jaħdem barra minn Malta, u fl-uffiċċju kien hemm xi Maltin. Waqt li kien miexi mill-kuritur, semagħhom idoqqu l-istess diska. “Qed tara hux x’għamiltlek. Għamiltek popolari barra minn Malta ukoll!” daħket tgħid Eileen.


Nicole Zammit