Aktar kmieni llum, Kate, mill-paġna ta’ Facebook ‘Kate: Writing my Story’, tefgħet filmat tagħha tagħmel it-terapija. “Pass pass jgħidu. Hawn jien wara 5 snin ta’ terapija” qalet Kate. “Ibqa’ emmen fik innifsek, kun pożittiva, kun paċenzjuża, kun persistenti, u xi darba se tkun kuntenta b’dak kollu li rnexxielek tikseb, anka jekk m’hijiex xi ħaġa kbira. Għad baqali vjaġġ twil x’ngħaddi minnu, iżda se nkompli naħdem favur il-ħolm tiegħi” għalqet billi qalet Kate, filwaqt li għaddiet tgħanniqa b’mod virtwali lill-qarrejja kollha tal-blog tagħha.

Bosta utenti ta’ Facebook jibqgħu jinkoraġixxu lil Kate biex twettaq dan il-ħolm, filwaqt li jinsabu kburin ħafna biha, bħalna!


Nicole Zammit