Aktar kmieni llum Chris, mill-paġna popolari ta’ Facebook ‘The life of Papa Chris Malta’, qasam filosofija li jemmen biha bis-sħiħ fuq il-paġna tiegħu, li jgħallem liż-żewġ subien tiegħu l-għodod neċessarji għall-ħajja indipendenti. “Illum qomna u bdejna nsajru l-imqarrun il-forn. Huwa importanti ħafna li nħalluhom jgħinuna fil-kċina, biex huma ukoll jitgħallmu kif isajru” kiteb Chris, flimkien b’xi ritratti tiegħu u tat-tfal isajru. Ma naqasx milli jitfa’ ukoll ritratti tal-imqarrun il-forn, minjaf kemm hu tajjeb!

Bosta utenti ta’ Facebook fis-sezzjoni tal-kummenti qablu ma’ Chris li t-tfal huwa importanti li dderrihom ikunu indipendenti, mhux għalihom biss, iżda anki għall-ġenituri meta jaf jiġu bżonnhom f’mumenti diffiċli.


Nicole Zammit