Tul is-snin smajna b’diversi mwiet fuq ix-xogħol f’Malta, speċjalment fis-siti tal-kostruzzjoni u mwiet relatati ma’ din l-industrija, u din mhux epidemija li qed taffaċċja Malta biss, iżda anka l-bqija tad-dinja. Kull sena fit-28 ta’ April, id-dinja tfakkar il-memorja ta’ dawk li tilfu ħajjithom fuq ix-xogħol, biex il-ħidma tagħhom ma tiġi minsija qatt, fost il-memorja tagħhom.

Madwar id-dinja, il-ħaddiema jipprovdu numru sostanzjali ta’ ħin biex jaqilgħu il-ħobża ta’ kuljum, u minħabba, fost raġunijiet oħrajn, nuqqas ta’ sigurtà u manutenzjoni fuq il-post tax-xogħol, jispiċċaw lanqas jirritornaw lura d-dar. ħafna mid-drabi ukoll, dawn in-nies ikunu qed iqattgħu sigħat twal ’il bogħod mill-familji tagħhom, fost dawk li għandhom ix-xogħol tagħhom fuq il-baħar.


Nicole Zammit