Federica Falzon mhux isem ġdid fix-xena lokali, ħadet spinta mill-aqwa grazzi għal Ti Lascio Una Canzone fejn kienet rebħet l-edizzjoni tal-2014 flimkien ma' Vincenzo Carni. Minn hemm irrapreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Diamonds u kienet waħda mill-favoriti.

Ritratt: Facebook / Fed & Em

Wara dan is-suċċess Federica nistgħu ngħidu li sparixxiet ftit mix-xena. Imma dan ma jfissirx li waqfet tkanta... anzi kompliet taħdem biex isaħħaħ il-vuċi tagħha u tkabbar it-talent sabiħ li għandha. Rajnieha wkoll fuq it-televiżjoni grazzi għad-drama popolari Division 7, imma ftit kienu l-okkażjonijiet li rajnieha bħala kantanta.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ġewwa l-Belt Valletta kien hemm Notte Bianca u Federica flimkien mal-pjanista Emma kienu qed jallegraw l-udjenza preżenti b'siltiet Maltin mill-isbaħ. Id-duo impressjonaw verament u kellhom biex kif wieħed jista' jsegwi fil-filmati. Il-vuċi ta' Federica verament immaturat u ċertament li ħa nisimgħu aktar mingħandha.

Il-Bajja Tal-Mellieħa - b'interpretazzjoni ta' Federica u Emma

Inti Djamant - b'interpretazzjoni ta' Federica u Emma

Inħobbok - b'interpretazzjoni ta' Federica u Emma

Din is-sena barra li kompliet tistudja l-vuċi taħt id-direzzjoni ta' Gillian Zammit, Federica għamlet biss żewġ avvenimenti oħra barra dan. Kienet parti minn Ġensna, fejn uħud mill-kanzunetta tistgħu tisimgħuhom hawn fuq u kienet parti minn kunċert tal-Malta Philarmonic Orchestra.

Ritratt: Malta Philarmonic Orchestra - Facebook / Federica Falzon

F'isem Gwida.mt nawguraw lil Federica aktar u aktar suċċessi. Ir-rebħa fil-programm Taljan kienet biss il-bidu... kif qed naraw id-don sabiħ li għandha ċertament ħa jferraħ ħafna u ħafna aktar nies fil-futur. Awguri mill-qalb!

Facebook / Federica Falzon


Emil Calleja Bayliss