Il-Gvern daħal fi ftehim li permezz tiegħu se jerġa' jinfetaħ l-Isptar tal-Annimali f'Ta' Qali u fl-istess waqt, mis-sena skolastika li jmiss, jibda jiġi offrut il-kors tal-veterinarji minn din l-istess binja.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima u l-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura, u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said stqarret, “Għall-ewwel darba se nkunu qed noffru kors f'Malta stess għall-veterinarji prospettivi u b'hekk inħeġġu aktar studenti jimirħu fl-istudju mediku għal aktar ħarsien xieraq tal-annimali."


Bradley Cachia