64 rekluta ssieħbu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wara li temmew b'suċċess kors intensiv ta' taħriġ t'għoxrin ġimgħa. B'hekk issa dan id-dipartiment għandu kważi 300 uffiċjal.

Ir-rekluti ħadu l-ġurament tal-ħatra fi tmiem ċerimonja li saret fl-istazzjon tal-Protezzjoni Ċivili f'Ħal Far. Il-qofol taċ-ċerimonja kien il-passing out parade tar-rekluti.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol spjega li għall-ewwel darba fl-istorja, pensjonanti li servew f'korp dixxiplinarju u li ma kinux jieħdu żieda tal-għoli tal-ħajja, issa se jingħataw bonus addizzjonali daqs iż-żieda sħiħa li tingħata għall-għoli tal-ħajja.

Għaċ-ċerimonja tal-passing out parade indirizzaw lir-rekluti d-Direttur Ġenerali Peter Paul Coleiro u r-rekluta Melanie Callus.


Bradley Cachia