Il-pjanijiet tal-funeral tar-Re Karlu III qed jiġu aġġornati skont rapporti fil-midja, dan sar wara li skopra li għandu kanċer ix-xahar li għadda. Skont rapport ta’ The New Zealand Herald, it-tħejjijiet għall-funeral ilhom għaddejjin mill-għada li l-mibkija Reġina Eliżabetta kienet midfuna fl-2022.

Ħabib antik tal-familja rjali qal lill-pubblikazzjoni, "Kulħadd qed jibqa' ottimist, iżda huwa verament jinsab ma jiflaħx sew". L-assistenti tar-Re Karlu III qed ifittxu kontinwament kopji li jagħtu dettalji tal-pjanijiet tal-funeral uffiċjali tiegħu magħrufa bħala "Operation Menai Bridge".

Id-dokument ta’ diversi mijiet ta’ paġna nħoloq l-għada li r-Reġina Eliżabetta kienet midfuna fit-8 ta’ Settembru, 2022. Skont Daily Beast, l-Operazzjoni Menai Bridge qed tiġi aġġornata ta’ spiss wara l-kundizzjoni tas-saħħa tar-Re Charles li qed tmur għall-agħar.

Il-membri kollha tal-Monarkija jaġġornaw regolarment il-pjanijiet tal-funeral li huma msemmijin għal pontijiet popolari. L-arranġament tal-funeral tar-Reġina kien jissejjaħ, "Operation London Bridge".

Facebook / King Charles III


Emil Calleja Bayliss