L-azjenda Michelin, rinomata għall-evalwazzjoni internazzjonali li tagħmel fl-eċċellenza kulinarja, nediet il-ħames edizzjoni tal-Malta Michelin Guide. Għadha kemm saret ċerimonja li fiha ġew ippremjati għadd ta' restoranti Maltin wara li ftit ilu tħabbar li dawn ħa jiġi rikonoxxuti minn Michelin.

Għall-ewwel darba, ION Harbour, restorant fil-Belt Valletta, ġie onorat fil-grad ta' two Michelin Stars filwaqt li r-restorant Rosami f'San Ġiljan ingħata l-unur ta' Michelin Star għall-ewwel darba. Ir-restoranti Fernando Gastrotheque, Under Grain, Noni, De Mondion, u Bahia reġgħu kkonfermaw il-kisba tal-Michelin Star għal din is-sena wkoll.

Ir-restorant AYU, li jinsab fil-lokalità tal-Gżira, ġie inkluż fil-lista tal-Michelin Bib Gourmand għall-ewwel darba. Apparti minn hekk, ir-restoranti Terroir f'Ħ'Attard, One 80, u Kaiseki tal-Belt Valletta, Level Nine, u Al Sale f'Għawdex ġew għall-ewwel darba rrakkomandati fil-lista tal-Michelin Guide.


Bradley Cachia