Dana McKeon illum qed tiċċelebra għeluq sninha. Dana hija kantana/beatboxer min-Naxxar li kisbet fama fil-qasam tagħha mhux biss f'pajjiżna imma anke barra minn xtutna.

Forsi huwa stil mhux li komuni nisimgħu għaliex fil-beatbox dak li jkun juża ħaqlu biex joħloq ħsejjes li jieħdu post il-mużika kif ukoll, l-artist ilissen ukoll kant li jmur pari passu mal-ħsejjes.

Huwa stil fenomenali u li mhux faċli tagħmlu. Dana waslet ukoll fil-quċċata fejn ħadet sehem fit-tielet Beatbox Battle World Championship fil-Ġermanja.

Darba minnhom waqt Wow Talk lill-gradwati fl-Olympia Fair (Ġunju 2015) uriet kif tħaddem il-mużika bil-ħsejjes u b'ħalqha u spjegat kif bdiet tagħmel il-beatbox fejn prattikament, darba waqt li kienet qed tistudja, ħassitha ftit imdejqa u waqt li qed tisma' r-radju ħasbet li tibda timita dak li tisma'.

Dan bil-konsegwenza li dak il-mument wassalha sa fejn hi llum. Illum nawgurawlek f'għeluq sninek Dana kif ukoll fil-qasam mużikali!

Ritratt: Facebook/ Dana McKeon/ Chuck Diesal Photography


Clifford Galea