Thomas Casha, kantant lokali ta' 13-il sena, li rajnieh fost l-oħrajn waqt il-Malta Junior Eurovision 2023 flimkien mal-grupp Point Blank, għadu kemm kiseb suċċess ġewwa l-Italja waqt Festival della canzone d'amore. Huwa klassifika fit-tieni post fost 28 parteċipant.

Hu wasal biex laħaq il-quċċata flimkien ma' kantant ieħor, iżda wara sing-off, hu ġie fit-tieni post. Il-kantanti kienu ta' bejn it-8 snin u l-15-il sena.

"Jien kont l-uniku kantant barrani fil-kategorija tiegħi, iżda stajt inħoss l-imħabba tal-udjenza waqt u wara l-prestazzjoni tiegħi ta’ Fai Rumore, ta’ Diodato," jikteb Thomas. 

Ingħata wkoll il-Premju Critics Award u ġie mistieden biex ikanta waqt il-Finali ta' Giovani and Seniors li se jixxandar fuq it-televiżjoni nazzjonali Taljan.

Prosit Thomas! Awguri għal aktar suċċessi!

Facebook/ Thomas Casha


Kyle Zarb