Fuq Tik Tok il-kok lokali Sean Gravina rnexxielu jpoġġi tbissima fuq fomm ħafna bil-filmati li beda jtella'. Filmati li milli jidher s'issa juru l-perspettiva tat-tfal.
Fl-ewwel filmat li tefa' kien ġibed attaparsi laqgħa tal-bord fejn it-tfal ikunu jmexxu u jieħdu d-deċiżjonijiet, fosthom dwar x'ser jieklu filgħaxija. Din id-darba fil-filmat riċenti tiegħu Sean għamel skeda tal-ġurnata mill-perspettiva tat-tfal.
Fl-iskeda t-tfal jippjanaw dak li ħa jagħmlu mill-bidu nett tal-ġurnata xħin iqajmuhom il-ġenituri, sa xħin ikunu fi triqithom lejn id-dar. Filmat komiku, li żgur li ħafna ġenituri ser jirrelataw u jifhmuh perfettament!
Tik Tok/ sean.gravina