Jidher li se nkunu qed nisimgħu aktar mill-band lokali SCAR li l-frontman tagħha mhu ħadd ħlief Konrad Pule. Dan għaliex huma għadhom kif iffirmaw ma' kumpanija Ingliża għal mużika ġdida, fejn se jkollhom ċans anke jagħmlu tours barra minn xtutna.

Il-paġna ta' Deadfall kitbet, "Aħna ferħanin li nilqgħu l-band rock pop SCAR fir-roster tal-bands tagħna! Direttament minn Malta l-gżira xemxija, bl-melodiji tagħhom catchy, upbeat... kemxejn melankoniċi xi drabi, għandhom segwaċi kbar lesti għalihom."

Il-paġna żżid li SCAR kellhom iċ-ċans li jappoġġjaw artisti bħal, "Faithless, AKON, u James, fejn il-melodiji tagħhom laħqu l-playlists tar-radju Taljani u Amerikani, u daru l-Ġermanja u l-Polonja."

Awguri SCAR!

Instagram / Scar


Emil Calleja Bayliss