Miggy huwa wieħed mid-DJs lokali żgħażagħ rinomati li kemm-il darba ta wirjiet indimentikabbli kemm f'Malta kif ukoll barra minn xtutna. Fl-2022, huwa għamel id-debutt tiegħu fuq livell internazzjonal billi wassal prestazzjoni mill-aqwa fil-World Club Dome ġewwa Frankfurt, il-Ġermanja.

Miggy 1

Nhar is-Sibt li ġej, għal darb'oħa Miggy ser ikun qed idoqq xogħol minn tiegħu waqt festival famuż f’Arsego, l-Italja. Quddiem udjenza ta' aktar minn mitt elf  antċipitata, mistenni li se jkun avveniment eċitanti.

Jingħaqad ma’ Miggy fuq il-palk se jkun hemm lista ta’ DJs u atti magħrufa fosthom Cristianino, Federico Scavo, Andrea Zelletta, Djs From Mars, Ginevra Lamborghini, Rudeejay, Tommy Vee, Senorita Brand, u ħafna oħrajn.

Se jkun spettaklu ekstravaganti li ma għandekx titlef! 

Miggy 2


Gwida.mt