Facebook nhar il-Ġimgħa ġie milqut b’diversi rapporti li ġejjin minn dokumenti pprovduti lill-kmamar tal-aħbarijiet minn Frances Haugen, eks impjegata li saret whistleblower.

Ir-rapporti jiċċitaw riċerka interna tal-kumpanija u dokumenti li juru li l-kumpanija hija konxja minn ħafna mill-ħsarat li l-apps u s-servizzi tagħha jikkawżaw iżda jew ma tirrettifikax il-kwistjonijiet jew tissielet biex tindirizzahom.

Hija ma kinitx l-unika waħda li qasmet din l-informazzjoni. Bosta ħaddiema u eks-ħaddiema oħra ta’ Facebook żvelaw li l-kumpanija kienet konxja sew tal-kwistjonijiet gravi ta’ saħħa mentali li s-sit tal-midja soċjali tikkawża. Kollha esprimew xokk bin-nuqqas ta’ azzjoni.

Dawn ir-rivelazzjonijiet se jkollhom impatt qawwi fuq Facebook.


Bernard Xuereb