"Dawn huma ommi u oħti. Nitfagħhom ikantaw miegħi tgħid?" Dan kien kliem ir-rappreżentanta ta' Malta fil-Eurovision Song Contest 2024, Sarah Bonnici, hi u taqsam filmat tagħha tkanta I Can't Help Falling In Love With You ma' ommha Evelyn u oħtha Abigail.

Fil-filmat jinstema' biċ-ċar li Sarah, u anke oħtha, wirtu t-talent tal-kant mingħand ommhom. Il-vuċijiet tagħhom jinstemgħu jidħlu f'xulxin perfettament u flimkien irnexxielhom joħorġu s-sbuħija kollha ta' din il-kanzunetta, oriġinarjament kantata minn Elvis Presley.


Bradley Cachia