Diversi Rabtin bħalissa qed iżommu fi ħsibijiethom liż-żgħażugħ Isom Borg, li bħalissa jidher li għaddej minn perjodu diffiċli f'saħħtu. Rabat Ajax FC kienu fost dawk li qasmu messaġġ ta' kuraġġ: "Kuragg Isom! Fit-talb taghna."

Żgħażagħ Rabtin Pawlini, fuq il-paġna tagħhom ta' Facebook, kitbu, "Nawguraw fejqan ta’ malajr lil Isom Borg, kuġin ta' Raiza Schembri, li tagħmel parti mill-Kummissjoni Żgħażagħ, u żagħżugħ Pawlin bħalna."

Żiedu jgħidu, "Kuraġġ lill-familja Borg f'dan il-mument diffiċli. San Pawl jidħol għalikom biex Isom jerġa' jieħu saħħtu mill-ġdid malajr kemm jista' jkun u nwegħdukom it-talb tagħna."


Bradley Cachia