Il-birer lokali ta' Farsons, Cisk Excel u Blue Label, ħarġu rebbieħa waqt l-International Brewing & Cider Awards ta’ din is-sena, fejn kisbu premjijiet prestiġjużi fil-kategoriji rispettivi tagħhom.

L-avveniment seħħ f'Manchester bejn id-19 u l-21 ta' Marzu, fejn għal darb'oħra attira birreriji u produtturi minn madwar id-dinja.

Waqt International Smallpack Lager Competition Class 1 il-birra Cisk Excel kisbet il-Premju tal-Bronz. Il-birra lokali Blue Label kisbet ukoll Premju tal-Bronz fil-kategorija International Smallpack Ale Competition Class 2

Il-proċess ta' ġudizzju kien immexxi minn panel ta' 38 espert fl-industrija, li żgura li kull birra tiġi evalwata bir-reqqa għall-kwalità u l-valur kummerċjali.

Facebook/ Cisk


Kyle Zarb