"Kemm hu tal-ġenn dat-tifel!" Hekk beda l-messaġġ tiegħu Bjorn Formosa lil Owen Leuellen.

Żied jgħid, "Dedikat, umli u kariżmatiku immens! Minkejja l-impenji tiegħu, sab il-ħin u ġie biex nagħmlu dal-proġett possibbli."

Kompla, "Bi pjaċir inħabbru li Leuellen ser ikun qed jingħaqad ma' Fabrizio Faniello u Claudia Faniello għall-verżjoni l-ġdida ta' Sal-Aħħar Nifs. Ser tkunu tistgħu tisimgħu din il-kanzunetta l-ewwel darba, nhar is-Sibt, 4 ta' Mejju f'xandira speċjali fuq ONE, fit-20:00."

Temm billi qal, "Grazzi Owen talli aċċetajt li tkun parti minn dan il-proġett li hu tant għal qalbi."


Bradley Cachia