Il-kantant u attur Clive Muscat sellem lill-karattru li għandu f'Sorelle hekk kif ilbieraħ jidher li ffilmja l-aħħar xena f'dan l-irwol.

Hu jgħid, "Wara tliet snin ninterpreta l-karattru ta’ Matthew fis-sensiela Sorelle, wasalna sabiex niffilmjaw l-aħħar xena. Kienu tliet snin mill-isbaħ li fihom rajna l-karattru ta' Matthew jiżviluppa minn bniedem irrabjat u jżomm ġewwa fih, għal ġuvni li permezz ta' dak kollu li għadda minnu wasal sabiex jgħin lil dawk ta' madwaru u reġa' sab l-imħabba f'Louisa."

Xi ringrazzjament ma jonqsux meta jasal fi tmiemu kapitlu, "Nixtieq nirringrazzja b'mod speċjali lil Michael u Evelyn li emmnu fija u offruli dan il-karattru tant għal qalbi, lil Adrian, Jessica u Marie-Clare fost id-diretturi li ħdimt magħhom matul dan il-proġett. Grazzi wkoll lit-tim kollu ta' Rikordja li jaħdmu minn qalbhom sabiex jasal prodott mill-aqwa għandkom."

Hu jkomplu b'ringrazzjament lejn dawk li ħadmu miegħu mill-qrib, "Grazzi wkoll lill-atturi li magħhom ħdimt mill-qrib, b'mod speċjali lil Rachel u Stephanie. Insellem ukoll il-memorja ta' Margaret Agius li kienet ta' ispirazzjoni anke f'mumenti diffiċli. Fl-aħħar u mhux l-inqas, grazzi lil Gary Westacott ' The Hair Lounge ' għal xagħri u lill-prinċipessa tiegħi Stephanie tas-sapport kontinwu."

Hu jtemm jgħid, "Ciao ciao wheelchair. Grazzi tal-paċenzja li ħadna b'xulxin. Min jaf x'se jkun il-proġett li jmiss!!" Awguri Clive għall-proġetti li jmiss.

Facebook / Clive Muscat


Emil Calleja Bayliss