Wasal il-jum tant mistenni mis-segwaċi tal-futbol madwar id-dinja kollha, il-finali tal-World Cup 2022 bejn Franza u l-Arġentina.

Bosta jinsabu ħerqana biex jaraw jekk din id-darba l-player ta' PSG u leġġenda tal-futbol Lionel Messi hux ser jirnexxielu jgħolli t-tazza wara d-disfatta li kellu fl-2014. Mill-banda l-oħra, it-tim Franċiż għandu ċans li, wara ħafna snin ikunu l-ewwel pajjiż li jerbaħ il-World Cup għat-tieni darba konsekuttiva. Tajjeb li nsemmu li ż-żewġ pajjiżi għollew it-Tazza tad-Dinja darbtejn kull wieħed; l-Arġentina fl-1978 u fl-1986, u Franza rebħu fl-1998 u fl-aħħar edizzjoni tal-2018, li kienet saret fir-Russja.

Din il-finali ser tibda fl-16:00 u ser tintlagħab ġewwa Lusail Stadium.


Henzley  Bezzina