Ftit tal-ħin ilu ntemmet il-partita bejn il-Kroazja u l-Marokk.

Il-Kroazja rnexxielhom jegħlbu lill-Marokk bl-iskor ta’ 2-1. Gvardiol fetaħ l-iskors għall-Kroati fis-seba’ minuta sakemm żewġ minuti wara l-player Marokkin Dari ġab id-draw. Kien il-gowl ta’ Orsic fit-42 minuta li ta r-rebħa lill-Kroati biex b’hekk il-Kroazja kklassifikaw fit-tielet post ta’ din l-edizzjoni tal-World Cup.

Għada naraw liema pajjiż bejn Franza u l-Arġentina ser jerbaħ din il-kompetizzjoni. Il-finali ser tibda fl-16:00.


Henzley  Bezzina