Għadha kif intemmet il-partita bejn il-Brażil u l-Kroazja, fejn għal darba oħra rajnha sorpriża verament kbira wara li l-Kroazja rnexxielhom jegħlbu l-Brażiljani u jerbħu l-partita bil-penalties.

Kien gowl ta’ Neymar li fetaħ l-iskor fl-ewwel taqsima tal-extra time, eżattament minuta qabel it-tisfira tar-referee. imbagħad, fil-116-il minuta ġab id-draw Petkovic. Meta ġew għall-għoti tal-penalties, il-Kroati rnexxielhom jiskorjaw kull penalty imma mhux l-istess ġara għall-Brażil, bl-aħħar penalty ta’ Marquinhos jaħbat mal-lasta biex jelimina lill-Brażiljani.

Tgħid se jirnexxielhom jaslu sal-finali l-Kroazja?


Henzley  Bezzina