Illum fit-20:00, l-Arġentina u l-Kroazja se jkunu qed jilagħbu kontra xulxin fl-ewwel partita tas-semi finali tal-World Cup 2022.

Dawn iż-żewġ pajjiżi t-tnejn li huma kienu fil-finali tal-aħħar żewġ edizzjonijiet tal-World Cup, bl-Arġentina titlef kontra l-Ġermanja fil-finali tal-2014 u l-Kroazja titlef kontra Franza fl-2018.

Iż-żewġ stillel għal daż-żewġ pajjiżi huma Messi għall-Arġentina u Modric għall-Kroazja, żewġ players li matul il-karriera tagħhom għamlu suċċess kbir u stabilixxew lilhom infushom bħala tnejn mill-aqwa players ta’ kull żmien fil-pożizzjoni tagħhom. Jista’ jkun li Modric u Messi qed jilagħbu l-aħħar World Cup tagħhom u għalhekk il-partita tal-lejla jaf tkun l-aħħar waħda għal wieħed minnhom.

Facebook / Luka Modric / Leo Messi


Henzley  Bezzina