Is-sorpriżi jkomplu għaddejin f’din l-edizzjoni tal-World Cup hekk kif il-Marokk għadhom kemm jegħlbu lill-Portugall bl-iskor ta’ 1-0.

Gowl skorjat fit-42 minuta minn En-Nesyri tefa’ lill-Marokk fil-vantaġġ u l-prestazzjoni grandjuża tal-Marokk kompliet tgħinhom sabiex iżommu r-riżultat sat-tisfira finali, anke wara li l-player Cheddira qala’ karta ħamra fid-93 minuta.

Issa li l-Portugall ġew eliminati minn din il-World Cup se tqum il-mistoqsija jekk din kinitx l-aħħar waħda għal Cristiano Ronaldo. Fil-World Cup li jmiss Ronaldo jkollu 41 sena.

Illejla l-Marokk ikunu jafu ma’ min ser jilagħbu fis-semi finali, jekk hux mal-Ingilterra jew ma’ Franza.

Facebook / Raila Odinga


Henzley  Bezzina