Ftit tal-minuti ilu Franza għadhom kemm jegħlbu lill-Marokk bl-iskors ta' 2-0, grazzi għal gowls ta' Theo Hernandez u Kolo Muani, li dan tal-aħħar daħal mill-bank tas-sostituti. 

B'hekk, nhar il-Ħadd li ġej fl-16:00 Franza u l-Arġentina ser jilagħbu kontra xulxin fil-finali tal-World Cup 2022 ġewwa Lusail Stadium, ground li jesa' aktar minn 88,000 spettatur. Bosta jinsabu fuq ix-xwiek biex jaraw jekk din id-darba Messi hux ser jirnexxielu jgħolli t-Tazza tad-Dinja wara d-disfatta tal-2014, jew jekk il-Franċiżi hux ser jgħollu dan l-unur għat-tieni darba in fila wara s-suċċess li kisbu fl-2018 fil-finali kontra l-Kroazja. 

Ġurnata qabel il-Marokk ser jerġgħu jilagħbu, did-darba kontra l-Kroazja biex naraw min ser jiġi fit-tielet post ta' din l-edizzjoni tal-World Cup.


Henzley  Bezzina