Cyrus Engerer, wieħed mill-MEP Malti jitkellem fuq il-vot storiku tal-bieraħ u jisħaq li ż-żewġ partiti għandhom jingħaqdu biex tibda tiġi diskussa serjament l-idea li f'pajjiżna jkollna metro biex tiġi indirizzata l-problema tat-traffiku.

Hu jikteb, "Ilbieraħ bil-ħatra ta' Myriam Spiteri Debono, l-Parlament wera li jista' jinsab kompromess bejn iż-żewġ partiti l-kbar. Meta jkun hemm iktar partiti, għalkemm b'populizmu hemm min jgħid li tinħoloq l-inċertezza, fil-veritá tinħoloq iktar il-poltika ta' kompromess għall-ġid ta' Malta."

Engerer ikompli, "Però, din mhux post dwar bidla elettorali li tant għandna bżonn, iżda dwar kompromess ieħor li jinħtieġ li jsir fi żmien qasir. Miżuri short-term għat-traffiku importanti. Iżda huma l-miżuri long term li huma essenzjali biex ikollna riżultati sostennibli u biex inbiddlu l-mod ta' kif jintużaw l-ispazji tagħna."

Hu jżidu, "Il-metro bażikament essenzjali long-term. Però, qabel ma jkun hemm qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni dwaru, bħala proġett komuni, żgur qatt mhu se jsir għaliex hu proġett li jsir fuq numru ta' snin, bi spiża qawwija u li jdum għaddej fuq diversi leġislaturi. Nitkellem ma' politiċi miż-żewġ naħat (u oħrajn) u konvint li hemm ħafna li jaħsbuha bl-istess mod."

Engerer jispjega, "Wasal iż-żmien li ż-żewġ naħat tal-kamra jpoġġu bilqiegħda flimkien u jagħmlu dan il-proġett tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Il-proġett ta' kull min jgħix fil-Gzejjer tagħna. Hekk biss jista' jsir."

Hu jagħti eżempji b'postijiet oħra, "Bliet żgħar bħal Lille fi Franza b'popolazzjoni ta' 230,000 għandha metro, Ġinevra fl-isvizzera wkoll għal popolazzjoni ta' 200,000. Aħna issa laħħaqna l-530,000, turisti qed nibdew inlaħħqu maż-żewġ miljuni u nofs u qed jinbnew iktar lukandi."

Hu jtemm, "Wasal iż-żmien għal deċiżjonijiet importati li ma jistgħux isiru mingħajr kompromess."

Facebook / Cyrus Engerer


Emil Calleja Bayliss