Mykill ft. Lyndsay u Kalakku se jkunu qed jikkollaboraw fil-festival Mużika Mużika f’Marzu li ġej. L-artisti tkellmu ma’ Gwida.mt dwar l-esperjenza tagħhom kemm qabel il-parteċipazzjoni kif ukoll dak li hemm qed jitħejja.

“Mykill huwa magħruf bħala wieħed mill-iktar DJs popolari ta’ Malta. Lyndsay hija kantanta u awtriċi stabbilita, filwaqt li l-Kalakku huwa rapper u awtur versatili li jibrilla ħafna fil-lingwa Maltija.” 

L-artisti kellmuna dwar kif nibtet il-kollaborazzjoni tagħhom flimkien, u kif irnexxielhom joħolqu dinamika u mużika vibranti flimkien. Irnexxielhom iwaħħdu l-lingwa Maltija ma’ stil modern għall-aħħar.

Mykill minn dejjem kellu l-idea li jikkollabora mal-kantanta Lyndsay u bla dubju Mużika Mużika kienet tassew opportunità perfetta biex jaħdmu flimkien.

gh

Meta ddiskutew l-istruttura huma qablu li rapper maskili ma' chorus femminili jkun ideali hafna u b’hekk Lyndsay avviċinat lill-Kalakku u l-grupp ġie magħqud. 

Fir-rigward tal-produzzjoni, qalulna li Mykill ried jagħti lis-semmiegħa tiegħu ħsejjes Mediterranji fuq stil pop, reggaeton u dancehall b’ritmu mexxej fejn intużat l-aħħar teknologija moderna.

Għal dan il-proġett Mykill kien l- l-ewwel darba tieghu li proprju ikkompona għal konkors nazzjonali u għalhekk ried joqrob iktar lejn udjenza kummerċjali.

“Din hija proprju l-ewwel darba li se naħdmu flimkien bħala grupp però żgur mhux l-aħħar għaliex fil-fatt diġà qegħdin naħdmu fuq kanzunetti oriġinali oħra”

gf

“Bis-saħħa tal-festival sibna pjattaforma soda biex nuru t-talenti tagħna quddiem udjenza kbira.”

Il-grupp ħadem flimkien diġà fuq xi mużika. Riċentament niedu anke cover version ta’ kanzunetta li qalbu għall-Malti li ġġib l-isem ta’ Fuq! Huma jiddiskrivuha bħala diska b’ħafna enerġija.

Kif qed iħarsu lejn din l-esperjenza waqt dan il-festival? “Bla dubju li hemm livell għoli ta’ talent fil-festival din is-sena u ovvjament il-kompetizzjoni hija kbira, imma aħna nemmnu ħafna fil-kanzunetta tagħna.”

“Qed nittamaw li Dak Kien Żmien tiġi apprezzata kemm jista' jkun għaliex għandha ħoss oriġinali u naħsbu li tista’ toħloq messaġġ pożittiv ħafna.”

“Bħala kanzunetta tinstema Ii għandha kompożizzjoni sempliċi u beat catchy b’rima hot, iżda fil-verità fiha ħafna emozzjoni u iktar ma tismagħha iktar tinduna kemm għandha messaġġ ta’ sugu.” 

“Bħalissa għaddejin bil-preparamenti u ninsabu ħerqanin ħafna biex nitilgħu fuq dak il-palk u nagħtu spettaklu kbir!”

gf

Kellmuna wkoll dwar kif irnexxielhom jgħaqdu l-istili mużikali tagħhom flimkien. “Bħala grupp inħossu li avolja niġu minn sfondi differenti, naqblu ħafna fuq id-direzzjoni tal-mużka tagħna. Inħossu li naħdmu tajjeb ħafna flimkien ukoll għaliex dejjem lesti li nisimgħu lil xulxin u nirrispettaw l-opinjonijiet differenti."

Matthew il-Kalakku huwa l-awtur ta’ din il-kanzunetta, u spjegalna dwar l-ispirazzjoni biex jikteb. Dak Kien Żmien hija kanzunetta rap fuq stil reggaeton. Fil-kanzunetta nsemmi karatteristiċi u personaġġi Maltin u kemm għandna nkunu kburin b’pajjiżna u wisq iktar bil-lingwa tagħna.” 

“Ridt ukoll inqabbel iż-żmien tal-passat mal-preżent fejn kważi kważi llum il-ġurnata qegħdin ngħixu f’dinja virtwali.”

“Pruvajt ukoll nimmaġina lili nnifsi meta nkun imdaħħal sew fiż-żmien u l-aktar punti importanti li ridt nolqot huma jien min jien bħala awtur u rapper, minn fejn ġej u bdejt u l-aħħar u mhux l-inqas kemm il-mużika għandha parti importanti f’ħajjitna kollha.”

“Lirikalment provajt nolqot ħafna punti importanti u differenti u b’hekk naħseb li rnexxieli noħloq diska hekk kif jgħidu ‘tal-widna’. Nemmen li wara l-pandemija li għaddejna minnha, Dak Kien Zmien ħa tkun bħal xarba friska li tmur tajjeb mal-udjenza.”

Dan l-artiklu ġie miġjub lilkom b'kollaborazzjoni ma' Festivals Malta.


Kyle Zarb