Mario Micallef, l-attur maħbub li llum jitqies attur veteran b'tant u tant snin ta' esperjenza, jingħaqad ma' Melanie Kelly fuq is-sett ta' Kellymni. 

Fost l-episodji minn ħajtu li rrakkonta kienet il-vaganza li kellu man-neputi, Nico. Illum il-ġurnata Nico għandu 16-il sena, u Mario jgħid li kemm-il darba jsiefru flimkien, vaganza tan-nannu u n-neputi.

Mario jirrakkonta meta marru fuq cruise s-sajf li għadda, u Nico qallu li kien hemm party għall-adoloxxenti. Mario qallu jiddeverti kemm jiflaħ u li ħa jkun qed jistennieh fil-kabina. 

"Għamilna ġimgħa fil-ġenna tal-art, l-aħħar ġurnata kellhom party kbir għat-teenagers tal-aħħar qabel jimbarka l-vapur u ninżlu minn fuqu. Qalli,'F'nofs il-lejl se jispiċċa Nannu" Għidtlu, "Mhux problema jien se nkun qed nistenniek fil-kabina... nofsillejl, is-siegħa is-sagħtejn..." 

Mario spiċċa mar ifittxu madwar il-vapur hekk kif kien għadu ma wasalx. "Twerwirt. Daħalli ħsieb ikrah f'moħħi." Li ġara li Nico baqa' mal-bar ma' sħabu. Mario qallu, "Għax m'għidtlix jaħasra!"

Mario jgħid li malli jlesti mill-istudju eċċ, għad jagħmlu vaganza oħra bla dubju! Segwi aktar hawn taħt: 


Gwida.mt