Mario Micallef, l-attur maħbub li llum jitqies attur veteran b'tant u tant snin ta' esperjenza, jingħaqad ma' Melanie Kelly fuq is-sett ta' Kellymni. 

Mario jitkellem dwar il-biża' li kienet ħakmitu meta tfaċċat il-pandemija u donnu kienu qisu jaf dak li kien ġej għalih. Hu għamel ħmistax taħt kura intensiva meta spiċċa ħa l-virus meta l-vaċċin kien qed jingħata biss lil dawk li kellhom 'il fuq minn 80 sena.

Isemmi meta rriżulta pożittiv għall-Covid-19 u qal lill-familjari tiegħu jmorru joqogħdu f'dar għalihom sakemm jgħaddilu. Madanakollu grava, u eventwalment spiċċa l-isptar b'ambulanza biex kellu jiġi ntubat.

Inkwiet kbir għall-familja tiegħu meta għamel ħmistax sħaħ kompletament rieqed. Mario jirrakkonta dak li ħass meta ġie f'sensieh u prova jkellem lill-infermier li kellu ħdejh.

"Għidtlu, 'Jien ilni rieqed mill-bieraħ?' Qalli, 'Ilek ħmistax Mario'. Ma ridtx nemmen." Segwu aktar hawn taħt:


Gwida.mt