Fr. Marcellino Micallef, ħa jkun qed jingħaqad ma' Melanie Kelly, sabiex jitkellem dwar diversi sitwazzjonijiet li jiltaqa' magħhom ta' kuljum. Sitwazzjonijiet li kultant anqas biss nirrealizzaw li madwarna hawn tant nies li qed jgħixu f'tant u tant bżonn.

Forsi b'differenza mill-podcasts tas-soltu, Fr. Marcellino minflok se jkun qed jitkellem direttament dwaru, ħa jkun qed jaqsam l-esperjenza tiegħu fis-Soup Kitchen u ma' diversi realtajiet li jiġi wiċċ imbwiċċ magħhom.

Hu jistqarr li jsibu ħafna għajnuna iżda fis-soċjeta li qed ngħixu fiha hawn bżonnijiet kbar. Saħansitra jitkellem dwar nies li minkejja li huma stess għandhom bżonn l-għajnuna, dawn imorru jagħtuh daqqa t'id biex ikun jista' jgħin u jilħaq tant nies.

L-għajnuna fis-soup kitchen tmur lil hinn minn ikla bnina u tajba, iżda jgħinuhom ukoll minn diversi aspetti. Is-suċċess tagħhom ikun meta persuni ma jibqgħux dipendenti fuq l-għajnuna tagħhom. Fr. Marcellino bla tlaqliq ta' xejn jgħid li waħda mill-akbar pjagi tas-soċjetà tagħna hija d-droga.

Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 22 ta' April, mit-20:00 'l quddiem.


Emil Calleja Bayliss