Ricky Caruana dan l-aħħar kiseb popolarità għall-argumenti kontroversajali tiegħu. Ricky jipparteċipa f’numru ta’ podcasts u jagħmel analiżi dwar bosta suġġetti interessanti mill-paranormal sar-reliġjon.

Għada filgħaxija waqt il-programm Popolin ser issir diskussjoni u analiżi dwar il-Passjoni. Il-programm ser janalizza l-aspett mediku ta’ flaġelazzjoni u t-tislib, il-liġi Rumana vizavi r-rakkont u l-ġrajja innifisha, it-twemmin u t-tixtrid tiegħu tul is-snin, l-arti li nsibu f’pajjiżna u 'l hinn li tat stampa ta’ dak li seħħ 2000 sena ilu, fost suġġetti oħra.

Fil-programm ser jieħdu sehem bosta persuni li ser jgħaddu l-opinjoni tagħhom fost dawn Ricky Caruana li fost numru ta’ argumenti li għamel, fil-filmat imtella' fuq il-paġna ta’ Popolin bi promozzjoni għall-programm jidher jistaqsi fuq l-evidenza li teżisti dwar Ġesu Kristu.

Hu jidher li qiegħed jistaqsi għall-evidenza bil-miktub fi żmien meta Ġesu Kristu għex. Dan jidher li hu wieħed minn argumenti oħra kontroversjali li Ricky qajjem u li sintendi mistiedna oħra irribattuh. Uħud diġà bdew jgħidu tagħhom fuq il-midja soċjali dwar il-kummenti tiegħu.

Il-programm Popolin ser jixxandar għada filgħaxija fid-21:00 fuq TVM.


Gwida.mt