Oħt Bernice, ilbieraħ tard filgħaxija ħalliet messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħha lil oħtha l-għażiża filwaqt li qasmet ritratt tagħhom flimkien. Hi kitbet, "L-għażiża oħti Bernice. Dan huwa l-aħħar ritratt li ħadna flimkien. Int kont qed tipprova ġġib ħajtek lura filwaqt li tgħin lilna!"

Oħtha tkompli, "Waqt li qed minduda fis-sodda ma’ wliedek, nipprova nikkonslahom u nġiegħelhom iħossuhom maħbubin, ma nistax nieqaf naħseb dwarek u minn dak li kellek tgħaddi minnu."

Hi tkompli tgħidilha, "It-tfal tiegħek dejjem kienu l-prijorità tiegħek u nwiegħdek, se nkun hemm għalihom ikun xi jkun. Għalkemm ma nistax nagħtihom l-imħabba ta’ omm, ibqa’ ċerta li dejjem ħa nżomm il-preżenza tiegħek ħajja għax hekk jixraqlek. Tibqa' tiġi mfakkra."

Hi ttemm bil-kelma qawwija, "Inħobbok."


Emil Calleja Bayliss