Ilbieraħ iċċelebra għeluq sninu, it-tifel iż-żgħir tal-atturi Ivan u Simone DeBattista. Fuq il-mezzi soċjali, Ivan DeBattista ħalla messaġġ ħelu lil ibnu f'dan il-jum għażiż.

Hu kiteb, "U la qorbot il-Ġimgħa l-Kbira, wasal ukoll is-27 ta' Marzu! Il-jum t'għeluq snin iż-żgħir tagħna! Żgħir... qed nikbru Dylan Luke, imma xorta ż-żgħir tibqa'! Dis-sena se tonfoħ 17-il xemgħa... Trid naqra nifs mhux ħażin eh! Anqas temmen li fadal biss sentejn oħra biex ittemm it-'teens'!"

Hu jkompli, "Filli nbennu fik, ċkejken ċkejken, u filli twalt kemxejn mhux ħażin. Nawgurawlek li jkollok sena oħra mill-isbaħ, issa fi preparazzjoni għall-eżamijiet kemm ta’ dis-sena u l-oħra ta’ warajha! Awguri Dyl... Inħobbuk ilkoll!!"

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlu sena mill-isbaħ mimlija b'tant u tant esperjenzi sbieħ u pożittivi. Nittamaw li jkollok sena mimlija b'dak li tixtieq qalbek. Awguri!

Facebook / Ivan DeBattista


Emil Calleja Bayliss